Lokali

Il-kumpanija Malta Public Transport issospendiet lix-xufier mingħajr ma semgħet il-verżjoni tiegħu

Wara li xxandar il-filmat tax-xufier tal-karozza tal-linja jipprova jżomm l-isteering tal-karozza milli jinqala’ minn postu, u wara l-kummenti esklussivi tax-xufier ma’ dan l-istazzjon, issa kien konfermat li l-kumpanija Malta Public Transport issospendiet lil dan ix-xufier mingħajr ma semgħet il-verzjoni tiegħu.

Dan ħareġ minn dikjarazzjonijiet li għamel il-Kap Ezekuttiv tal-kumpanija Malta Public Transport Konrad Pule waqt il-programm Newsfeed fuq NET TV.