Is-sigħat ta’ xogħol u dedikazzjoni b’mod volontarju ta’ numru ta’ ħaddiema tal-kumpanija Methode, il-Ġimgħa filgħodu ssarfu fi tbissima fuq wiċċ numru ta’ persuni li ghandhom diżabilitajiet differenti.
Dan hekk kif matul il-ġurnata fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera saret l-erbatax-il edizzjoni tal-Methodian Fun Day. Għal din l-okkażjoni l-padiljun laqa’ numru kbir ta’ persuni b’diżabilta’ minn ċentri madwar pajjizna li qattgħu l-ġurnata jilgħabu.
Logħob, mużika u daqq mill-banda tal-Forzi Armati, li ferrħet lil dawk preżenti, ikkaratterizzaw l-għodwa.
//= $special ?>