Wayne Delia ta’ 28 sena, residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ġie mixli quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li kkommetta “hold-up” f’Confectionary f’Raħal Ġdid, għall-ħabta tal-3.40 p.m. fit-28 ta’ Diċembru li għadda u li jumejn qabel huwa pprova jwettaq “hold-up” fi spiżerija f’Ħal-Qormi fit-8.30 p.m.
Fil-każ ta’ Ħal-Qormi, is-serqa ma seħħitx peress li s-sidien irrifjuttaw jagħtu l-flus mitluba lil żewġ persuni li kienu mgħammda. L-inċident seħħ fid-“Drug Shop Dispensary” fi Triq Vjal De La Cruz, li dak inhar kien magħluq. Madankollu fil-post kien hemm tliet persuni, l-ispiżjara Fiona Fenech, it-tabib Francis Fenech, u t-tabib Raymond Fenech. Ħadd ma kien weġġa’ fl-inċident imma l-persuni ħadu xokk qawwi. Dan il-post kien diġa’ l-mira ta’ ħallelin aktar qabel.
Huwa ġie mixli wkoll li għamel ħsara fl-ispiżerija. Delia ġie mixli wkoll li jumejn wara mit-Tic Tac Confectionary, fi Triq il-Knisja, Raħal Ġdid seraq flus, pakketti tas-sigaretti u li ssekwestra li s-sid Salvatore Fiteni, li għamel ħsara u li fil-pusses tiegħu kellu arma. Huwa ġie mixli wkoll li sar reċidiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Spiridione Zammit. Huwa baqa’ miżmum il-ħabs.
//= $special ?>

