Qorti

Priġunier imur 20 xahar ħabs wara li kellu d-droga fiċ-ċella

Mario Pollacco ta’ 50 sena, mill-Imsida, iżda residenti fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin ġie kundannat 20 xaħar ħabs fru traffikar ta’ eroina u pussess ta’ kannibis, droga li nstabet fiċ-ċella tal-ħabs tiegħu.

Huwa jinsab il-ħabs, wara li kien għadda ġuri u nstab ħati ta’ qtil ta’ anzjana li kienet tgħix maġenbu, u li kien qatilha biex jisraqha. Sadanittant huwa nstab ħati wkoll li kellu fil-pusses tiegħu d-droga kannabis. Meta ġiet biex tiddeċiedi l-Qorti qalet li kkunsidrat il-fatt li huwa m’ammettax l-akkużi kontrih u li ma qalx min isuplixxih bid-droga.

F’Settembru tal-2005, il-gwardjani tal-ħabs sabulu d-droga f’borża tad-droga. Skont l-ispiżjar Mario Mifsud, is-7.602 gramma, ta’ eroina li nstabet għandha purita’ ta’ 46.37 fil-mija, ammont relattivament kbir. Minbarra l-20 xahar ħabs, Pollacco, ġie mmultat €700. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Pierre Grech.