Lokali

Studenta Libjana ssofri feriti gravi wara li ttajret f’Pembroke

Dania Mohammed Shembesh, studenta Libjana ta’ 16-il sena li bħalissa tinsab Malta tistudja l-Ingliż, kmieni ittajret minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq f’Pembroke. L-inċident seħħ meta t-tfajla, li kienet flimkien ma’ grupp ta’ studenti oħrajn, kienet qed taqsam it-triq minn fuq zebra crossing fi Triq Cassino.

Dak il-ħin, karozza tat-tip Ford Fusion 2 tajret lit-tfajla u mal-impatt il-karozza ġarrbet ħsarat estensivi fil-parti ta’ quddiem, filwaqt li tkisser ukoll il-windscreen. Mill-ewwel deher li t-tfajla sofriet feriti gravi. Fil-post issejħu l-Pulizija, immexxija mis-Surġent Lawrence Gabriel, mgħejjun mill-Kuntistabbli Shawn Axiaq u Chris Attard mill-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan.

Dawn ikkontrollaw it-traffiku fl-inħawi sakemm fil-post waslet ukoll Ambulanza, li ħadet lit-tfajla fl-Isptar Mater Dei, fejn bdiet tingħata kura għall-feriti li ġarrbet.