Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva l-istudenti tal-ewwel sena tal-BSC IT (hons.) fl-Universita’ ta’ Malta, l-Erbgħa li għadda sabu ma wiċċhom sitwazzjoni mhux tas-soltu waqt il-lecture tal-Probability Sampling and Estimation.
Dan hekk kif huma skoprew li wieħed mil-laboratorji tal-IT Services li fih kellha ssir din il-lecture ma kienx jesahom u ma kienx hemm biżżejjed siġġijiet fuq xiex ipoġġu. Dan wassal biex għal siegħa sħiħa, uħud mill-istudenti spiċċaw bilwieqfa u oħrajn għarkuptejhom. Oħrajn iddeċidew li jaqbdu u jitilqu ‘l barra.
Malli rat din is-sitwazzjoni, l-għalliema qalet lill-istudenti biex iġibu siġġijiet minn post ieħor. Kif kulħadd kellu siġġu fejn ipoġġi u kompliet il-lecture, dlonk daħal ħaddiem tal-IT Services li ordna lill-istudenti jerġgħu jieħdu s-siġġijiet minn fejn ġabuhom u qalilhom biex jekk iridu joqgħodu bilwieqfa.
Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni inaċċettabbli, u l-ilmenti li tqajmu, l-amministrazzjoni ddeċidiet li mill-ġimgħat li ġejjin l-istudenti jibdew jinqasmu f’żewġ gruppi biex b’hekk tissolva dil-problema.
Sadattant anke’ fl-MCAST, studenti ta’ Level 4 tal-ICT u l-ġenituri tagħhom li tkellmu magħna spjegaw kif huma għadhom bla għalliema tal-Information Systems. Dan wassal biex s’issa huma mhux jattendu lectures.
//= $special ?>