Tmiem Ottubru u l-bidu ta’ Novembru mistennija jkunu jiem eċitanti għal dawk li għandhom għal qalbhom ix-xena tal-films, hekk kif bejn il-31 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru se ssir il-Malta Comics & Pop Culture Expo fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt.
Għal din l-Expo, ikkonfermaw l-attendenza tagħhom numru ta’ artisti, kittieba u atturi magħrufa ta’ Hollywood. Fost dawn hemm Dirk Benedict li ħa sehem f’The A Team u Battlestar Galactica, Robert Picardo minn Star Trek u Stargate, Sylvester McCoy ta’ Dr Who u The Hobbit Franchise, kif ukoll artisti oħrajn ta’ Star Wars, James Bond u Dr Who.
F’pajjiżna mistenni jasal ukoll il-mudell u attur ta’ dixxendenza Maltija Joseph Gatt, rinomat sew fix-xena tal-films b’partijiet f’Game of Thrones, Thor, Banshee u Star Trek into the Darkness. Dan minbarra ta’ numru ta’ atturi li l-vuċi tagħhom intużat f’cartoons u logħob rinomati.
L-għan ta’ dan l-avveniment hu li jingħata aktar rikonoxximent lill-kulturà pop, films, televiżjoni, comics, kotba u logħob.
//= $special ?>