Ambjent Lokali

Iħallat il-kwistjoni tat-titlu fuq l-art mal-għoti tal-meters tad-dawl…

Quddiem il-kontroversja dwar il-kmamar illegali fl-Armier u l-għoti tal-ismart meters f’dawn il-kmamar, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jifred il-kwistjoni tat-titlu fuq l-art. li dawn il-kmamar m’għandhomx. mal-kwistjoni tal-ghoti tal-meters tad-dawl.

Din il-pożizzjoni tal-Prim Ministru u l-Gvern Labuirsta hi differenti minn dik tal-PN li qed jiddikjara b’mod ċar il-pożizzjoni tiegħu kontra l-abbuż u s-serq ta’ art minn dawk li kontra l-liġi bnew kmamar u postijiet fuq art pubblika.

Iżda l-ghoti tal-ismart meters se toħloq kontroversja oħra. Għaliex issa li anki l-Gvern qed jammetti li hemm sidien ta’ kmamar li qed jisirqu d-dawl, x’passi se jittieħdu mill-Enemalta kontra s-sidien li qed jisirqu d-dawl tal-Gvern biex jinqdew fil-kmamar illegali?

Il-Prim Ministru sostna wkoll li qabel tibda diskusjsoni dwar it-titlu, għandha tkun solvuta l-kwistjoni tas-serq tad-dawl.

Intant l-editorjal tal-ħarġa ta’ dalgħodu tal-gurnal The Times of Malta jgħid bl-aktar mod ċar li l-aħbar li l-Gvern se jagħti smart meters lis-sidien tal-kmamar illegali fl-Armier hija daqqa ta’ ħarta lil kull min jirrispetta l-liġi f’dan il-pajjiż. L-editorjal isejjaħ din id-deċiżjoni bħala waħda populista.

L-editorjal ifakkar li qabel l-Enemalta tinstalla l-elettriku fi kwalunkwe bini, din taċċerta ruħha li l-bini għandu l-permessi kollha meħtieġa u li ma hemm l-ebda illegalitajiet.

Ghaldaqstant, ikompli l-editorjal, id-deċiżjoni tal-Gvern, iddgħajjef is-setgħa tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.