Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil isellem u jirringrazzja lil Pawlu Cremona għall-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-Knisja f’Malta matul l-aħħar snin.
Bla dubju li Pawlu Cremona kien u għadu bniedem ta’ onesta’ u integrita’. Żgur li d-deċiżjoni li ħa, f’dan iż-żmien diffiċli għalih, hija waħda kuraġġjuża. Fid-dawl tal-fatt li Pawlu Cremona ħass li ma setax jaqdi l-funzjoni tiegħu bl-aħjar mod possibli, huwa ammirrabli li ddeċieda li jagħti spazju lil demm ġdid fit-tmexxija tal-Knisja f’Malta.
Minn issa, il-Partit Nazzjonalista jawgura lis-suċċessur ta’ Pawlu Cremona fit-tmun tal-Knisja f’Malta.
//= $special ?>