Il-PN iħares lejn il-persuna b’dizabilita’ bħala persuna sħiħa b’valur sħiħ u huwa d-dmir ta’ dan il-partit biex permezz tal-isforz tiegħu joħroġ il-valur u l-potenzjal assolut ta’ dawn il-persuni.
Dawn kienu kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt l-għeluq tal-konferenza organizzata mill-Forum Opportunitajiet Indaqs PN.
Busuttil poġġa ix-xogħol tal-PN fil-kuntest tal-passat, preżent u l-futur. Huwa fisser kif fl-aħħar kwart ta’ seklu l-PN fil-Gvern għamel bosta inizzjattivi sabiex jagħti spinti lid-drittijiet tal-persuni b’diżabilita’.
Hu fisser kif issa mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jkun relevanti u utli biex jaqbeż għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’. F’dan l-isfond, il-PN jrid ikun ta’ sorveljanza sabiex jassigura li l-inizjattivi li wiegħed il-Partit Laburista, fil-konfront ta’ persuni b’diżabilita’ qabel l-elezzjoni, iseħħu.
Dan speċifikament f’dak li jikkonċerna l-edukazzjoni.
“Irridu nisguraw li l-edukazzjoni tibqa’ inklussiva, u b’hekk kunċetti bħall-banding fl-iskejjel li ġew ri-introdotti mill-Gvern Laburista jpoġġu l-edukazzjoni ta’ pajjiżna mitt passi lura u mhux ‘il quddiem.”
Meta ġie biex jitkellem għall-futur, Busuttil saħaq fuq l-importanza tal-PN li jibqa’ iniggez il-Gvern iżda wkoll li joħrog b’proposti favur persuni b’diżabilita’ b’mod konkret li jkompli jabolixxi d-diskriminazzjoni.
Preżenti għal din l-attivita’ kien hemm numru ta’ persuna b’diżabilita’, għaqdiet mhux governattivi, membri tal-Forum Opportunitajiet Indaqs PN u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xogħol u Persuni b’Diżabilita’, Stephen Spiteri.
F’dan l-isfond Busuttil faħħar l-FOIPN għall-ħidma kontiwa tagħha kif ukoll wera l-apprezzament lejn l-għaqdiet mhux governattivi għall-hidma kontiwa tagħhom. Huwa wera apprezzament lejn dawk l-individwi b’diżabilita’ li jiġġieldu kontra l-ostakli.
Filfatt, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tressaq il-proposta bħala Private Members’ Bill quddiem il-Parlament Malti biex il-KNPD isir għaqda awtonoma mill-Gvern. Il-mozzjoni se titressaq mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xogħol u Persuni b’Diżabilita’, Stephen Spiteri. B’hekk f’termini prattici din il-bidla tkun tista’ tgħin biex jekk persuna b’diżabilita’ jkollha xi ilment, dan tista’ twasslu lil KNPD li jkun independenti mill-Gvern u b’hekk il-kunsill inkun f’qagħda indipendenti biex jgħin lil din il-persuna.
Huwa fakkar ukoll li l-PN dejjem għandu l-bibien tiegħu miftuħa ghal dawn il-persuni hekk kif dejjem emmen fil-kontribut li jistgħu jagħtu lis-soċjeta’. Huwa irrefera għal Kevin Cutajar bħala wieħed mill-persuni li kkontesta f’elezzjonijiet preċedenti f’isem il-Partit Nazzjonalista, minkejja n-nuqqas ta’ vista.
//= $special ?>