Il-Bank APS nieda proġett, imqassam fuq tliet snin, li matulhom il-bijorgrafiji ta’ artitsi Maltin u uliedhom qed jiġu ppublikati fi-ktieb bl-isem “ Two Generations of Maltese Artistic Families”
Il-ktieb ikun akkumpanjat minn esebizzjoni tax-xogħolijiet tal-artisti fil-foyer tal-head office tal-Bank APS.
L-ewwel esebizzjoni u ktieb jittrattaw l-artisti Antoine Camilleri (1922-2005) u ibnu Antoine Paul Camilleri kif ukoll Aldo Micallef Grimaud (1925 – 2010) u bintu Nadine Micallef Grimaud.
Dr Louis Lagana’, il-kuratur u editur tal-esebizzjoni u ktieb fisser kif il-publikazzjoni mhux biss se sservi ta’ għodda edukattiva għall-istudenti tal-arti imma huwa wkoll mod ta’ kif jiġi ċċelebrat it-talent ta’ dawn iż-żewġ ġenerazzjonijiet. “ Il-ktieb joffri lill-qarrej bijografiji estensivi kif ukoll kritika u nformazzjoni dwar l-arti f’Malta sa mill-1930,” qal Dr Lagana.
Waqt iċ-ċerimonja tat-tnehdija, Iċ-Chairman tal-Bank APS, EP Delia qal li l-Bank iħoss li huw fid-dmir li jara li l-pubbliku ikun jista jibka jdawdi t-talent Malti. “B’dan il-mod qed nagħtu l-kontribut tagħna lejn il-kultura lokali. Permezz ta’ dan il-programm se nkunu nistgħu naraw l-impatt artitiku li l-artisti iħallu fuq uliedhom u kif uliedom evolvew fl-arti biex issa qed jagħtu l-kontribut tagħhom ukoll.”
L-esebizzjoni hija miftuħa għall-pubbliku fl-APS, Swatar mit-Tnejn sal-Ġimgħa (8.15am – 3.30pm) u s-Sibt (8.15am – 11.30am) sal-4 ta’ Diċembru. Il-ktieb jista wkoll jinxtara mill-istess post.
//= $special ?>