Raġel Norweġiż ta’ 23 sena waqa’ madwar sular għoli iktar kmieni llum f’Ħal Qormi, f’inċident li wassal biex hu ġarrab ġrieħi gravi.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li r-raġel jaħdem fil-qasam tal-‘gaming’.
L-inċident seħħ għal ħabta tat-8am, bir-raġel jaqa’ mill-gallarija tiegħu fi Triq San Edwardu.
Mal-wasla tagħhom fil-post, il-Pulizija sabu lir-raġel fuq il-bankina, f’kundizzjoni kritika.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn bħalissa qed jingħata l-kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.