“Sebaħ Jum” hu l-isem ta’ musical oriġinali li l-Partit Nazzjonalista qed itella’ fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta. Il-musical li qed isir fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana juri li l-Indipendenza ta’ pajjiżna kienet pass kruċjali u l-pedament ta’ kulma ġara fis-snin ta’ wara.
Il-musical irid juri li m’hemmx telliefa jew rebbieħa, iżda hemm biss il-poplu Malti bħala rebbieh.
U l-Ġimgha filgħaxija, mijiet attendew bi ħġarhom għal dan il-musical, twil madwar sagħtejn u li jinkludi 24 kanzunetta u parlant. Il-mużika kienet adattata minn Mark Spiteri Lucas, b’varjeta’ ta’ stili differenti, b’lirika ta’ Joe Chircop u orkestrazzjoni ta’ Philip Vella
Charles Stroud qed jieħu ħsieb id-direzzjoni tal-musical kollu, jiġifieri d-dwal, il-grafika, il-kostumi tal-atturi, il-mużika, iż-żfin u kull aspett krettiv ieħor. Hu qal li f’attività bħal din għandek orkestrazzjoni sħiħa ta’ ħafna elementi kulturali, biex ikun musical innovattiv, modern u avant garde.
Illejla fis-7.30pm se tkun qed tintwera rappreżentazzjoni oħra ta’ dan il-musical, bl-aħħar serata tkun dik tal-Ħadd fis-6pm.
//= $special ?>