Internazzjonali

Franza tkompli tieħu aktar miżuri kontra l-Ebola

Franza kompliet tħarrax il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra d-dħul tal-virus tal-Ebola fil-pajjiż minkejja li s’issa kien għad m’hemm ebda każi rappurtati fi Franza.

Passiġieri li qegħdin jaslu fil-kapitali Pariġi mill-kapitali tal-Guinea, Conakry, qegħdin jiġi eżaminati għad-deni qabel jitħallew jidħlu fl-ajruport.

Kienu bosta il-passiġieri li ġew eżaminati li tkellmu b’mod posittiv dwar din il-miżura hekk kif stqarru li ħassewhom assigurati.

Intant fi Spanja l-awtoritajiet kkonfermaw li erbgħa pazjenti li ġew eżaminati għal sintomi simili għal dawk ta’ l-Ebola ma’ kellhomx dan il-virus. L-istess awtoritajiet ħabbru wkoll li l-kundizzjoni ta’ Teresa Romero, l-infermiera li nstab li kellha l-Ebola fi Spanja, kienet qegħda tmur għall-aħjar.