Lokali

Il-Ministri Zammit Lewis u Cardona jmeru lil xulxin

Jikkontestaw l-istess distrett u mal-istess partit.

Jidhru flimkien f’diversi attiviatjiet iżda fil-verita jesprimu opinjonijiet differenti dwar aspetti importanti tal-ekonomija Maltija.

Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis u l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona għandhom opinjonijiet differenti dwar il-branding.

Filwaqt li fuq One TV l-Ministru Edward Zammit Lewis isostni li Brand Malta m’għandhiex tippromwovi immaġni waħda iżda għandu jkollha messaġġi li jkunu diretti lejn udjenzi differenti, f’konfernza dwar id-dehra ta’ Malta barra l-UE l-Ministru Chris Cardona jememn li l-pajjiż għandu jaddotta master image.

Pożizzjoni li hi opposta għal dik ta’ Mario Vella, li jmexxi Malta Enterprise, l-aġenzija responsabbli biex tattira l-invstiment lejn Malta.

Fl-istess panel ta’ din i-diskussjoni iparteċipa Mario Vella, li jmexxxi Malta Enterpreise u li jaqa taħt il-Ministru Chris Cardona.

Mario Vella kompla ħawwad il-qiegħa billi qal li l-ebda investitur industrijali ma jiġi Malta għax jara riklam.

Mario Vella sostna li l-messaġġi li jippromwovu l-investiment għandhom ikunu magħmula speċifikatament skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija Maltija.