Knisja Lokali

Il-President tirringrazzja lill-Arċisqof Pawlu Cremona

Fi stqarrija il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lill-Arċisqof Emeritu ta’ Malta Pawlu Cremona għas-servizz spiritwali tiegħu li kattar ċertament ġid fil-poplu Malti u Għawdxi tgħid l-istess stqarrija.

Il-President qalet li l-Arċisqof Cremona dejjem kellu għal qalbu l-umanita’, u li kien għalhekk li ħadem biex ikun viċin in-nies u jħoss il-polz tal-vulnerabbli. Il-President qalet li Pawlu Cremona kien kuraġġuż li ħa dan il-pass bl-akbar responsabbilta’, integrita’ u anki onesta’. Hija faħħret lill-Arċisqof Emeritu għall-fatt li l-ħidma pastorali tiegħu kellha valur spiritwali profond u għaldaqstant awgurat li s-suċċessur ta’ Monsinjur Cremona, ikompli jsaħħaħ ħidmietu fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu.