Propju f’nofs il-kontroversja dwar il-wegħda elettorali ewlenija mhux miżmuma li Gvern Laburista jibni power station fi żmien sentejn, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat jiddikjara li l-Gvern mhux biss qed iwettaq il-wegħdi elettorali tiegħu iżda se jkompli jwettaqhom permezz tal-baġit li ġej.
F’diskors f’Għawdex, il-Mexxej Laburista tkellem dwar kif, skont hu, il-Gvern Laburista qed iżomm il-wegħdi li għamel iżda ma tkellimx dwar il-wegħda li ssir power station ġdida fi żmien sentejn, li jsir pont għall-pubbliku fil-bypass tal-Imrieħel, li l-gvern jitmexxa bil-meritokrazija u li kulħadd ikun trattat b’mod ugwali.
Joseph Muscat qal li l-Gvern qed jagħmel l-istudji dwar il-possibbilta ta’ pont jew mina bejn Malta u Għawdex u li ssir airstrip f’Għawdex. Hu qal li dawn id-deċiżjonijiet iridu jkunu meħuda b’mod informatt.
Il-Prim Ministru ċaħad li l-Petrolium Division tal-Enemalta inbiegħet minn wara dahar il-poplu tant li skont hu dan il-bejgħ kien diskuss fil-parlament. Joseph Muscat tenna li fis-seduta tal-Parlament tat-Tnejn il-Gvern se jispjega kif se jitwettaq il-pjan dwa l-enerġija issa li l-power station il-ġdida mhix se titlesta fil-ħin.
//= $special ?>