Wara d-diversi servizzi tal-aħbarijiet, programmi u stqarrijiet dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna, jidher li kien hemm ċaqliq fis-sens li l-awtoritajiet qed jirrikonoxxu li t-traffiku mhux perċezzjoni.
Jirriżulta li wara s-servizzi tal-aħbarijiet ta’ Media.Link iktar kmieni din il-ġimgħa, fejn kien osservat ukoll in-nuqqas ta’ preżenza tal-pulizija tat-traffiku biex jipprovaw jidderieġu u jtaffu l-konġestjoni, dan is-sit hu nfurmat li siegħat wara, bdew deħlin telefonati għand Transport Malta u għand il-Pulizija.
Ftit wara, bdew jidhru pulizija tat-traffiku jidderieħġu t-traffiku fit-toroq l-iktar affetwati.
Kemm kienu effettivi biex itaffu s-sitwazzjoni hu dibattibbli iżda turi ċaqlieqa mill-Gvern u l-awtoritajiet tat-Trasport wara fuq il-programm Newsfeed fuq Net Television, il-perit ta’ Transport Malta qalet li t-traffiku f’pajjiżna hu perċezzjoni
Kumment li qanqal diversi reazzjonijiet, l-ewwelnett fost l-eluf ta’ xufiera li kuljum qed jgħixu din il-perċezzjoni, iżda wkoll mill-awtoritajiet stess.
Sal-llum stess hekk kif iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv stess ta’ Transport Malta James Piscopo kiteb dwar is-sitwazzjoni f’artiklu bit-titlu, it-Traffiku mhux perċezzjoni.
//= $special ?>