Lokali

L-eks MEP Laburista Joseph Cuschieri jgħid li Muscat qed iwarrab lil Laburisti antiki

Joseph Muscat qed iwarrab il-Laburisti antiki u minflok qed jagħti spazju lil nies ġodda.

Dan qalu l-eks Deputat u eks MEP Laburista Joseph Cuschieri f’artiklu fil-gazzetta The Malta Independent on Sunday.

F’dan l-artiklu Joseph Cuschieri jgħid li l-Laburisti konvinti, is-suldati tal-azzar waqgħu lura fil-ġerarkija tal-importanza minħabba demm ġdid.

Cuschieri tenna li l-gvern qed jipprova jingħoġob u jaqdi individwi jew gruppi li ma kienux tradizzjonalment assoċjati mal-Partit Laburista.

Dan, temm jgħid Joseph Cuschieri, qed jurta u mhux ftit lill-Laburisti antiki li qed jgħidu li għadu ma ngħatawx rimedju mill-Gvern tagħhom għal dawk li huma jqisu bħala inġustizzji minn amministrazzjonijiet preċedenti.