Lokali Sport

L-isport jibqa’ fil-qofol tal-politika tal-Partit Nazzjonalista

L-isport jibqa’ fil-qofol tal-politika tal-Partit Nazzjonalista.

U dan deher biċ-ċar fiż-żjarat li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel matul il-jum tal-Ħadd, akkumpanjat mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għaż-Żgħażagħ u l-Isport Robert Cutajar.

Il-ġurnata bdiet bi żjara fil-Każin tal-Banda 12th May f’Ħaż-Żebbuġ, fejn iltaqa’ ma’ plejers tas-Subbuteo li se jipparteċipaw fil-Kampjonat tas-Subbuteo fuq livell Premier u l-ewwel diviżjoni.

Uħud minn dawn il-plejers, li ippreżentaw numru ta’ tifkiriet lil Kap tal-Partit, il-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta fiċ-Champions League u l-Europea League tas-Subbuteo.

Iktar tard, il-Kap żar ukoll il-grawnds tal-Marsa, fejn iltaqa’ ma’ għadd sabiħ ta’ tfal u żgħażagħ li matul il-jum tal-Ħadd kienu qed jipprattikaw l-isport tar-Rugby.

Il-Partit Nazzjonalista, b’dawn iż-żjarat, qed ikompli jisħaq fuq din il-viżjoni, għax l-isport huwa pillastru importanti fis-soċjeta’ Maltija, temm jgħid il-Kap tal-Partit.