Il-posizzjoni tal-Knisja Kattolika u l-persuni omosesswali kompliet tkun sors ta’ kontroversja matul is-Sinodu għall-Isqfijiet li sar fil-Vatikan fejn ġew diskussi bosta temi b’rabta mal-knisja u l-familja. Dokument li kien maħruġ aktar kmieni din il-ġimgħa fil-forma ta’ abbozz spiċċa sabiex fih kien hemm bidliet sinjifikanti li osservaturi qalu jindikaw li d-diskussjoni kienet ċertament waħda mqanqla ħafna b’opinjonijiet kontrastanti ħafna.
Waħda mill-aktar mossi kontroversjali kienu bidliet li saru fil-konfront ta’ persuni omosesswali hekk kif fl-abbozz kien hemm miktub li l-knisja kellha taċċetta l-orjentazzjoni sesswali ta’ l-omosesswali u toffrilhom kenn ta’ merħba, iżda fid-dokument finali dan il-kliem sparixxa u minflok jingħad li persuni omosesswali għandhom jingħataw rispett u li diskriminazzjoni kontrihom għandha tiġi evitata. Anke t-titlu tas-sezzjoni inbidel minn ‘Merħba għall-Omosesswali’ għal ‘Attenzjoni pastorali lejn persuni b’orjentazzjoni omosesswali’.
Il-Papa Franġisku minn naħa tiegħu stqarr li kien ikun mħasseb li kieku ma’ kienx hemm diskussjoni taħraq iżda onesta. Huwa saħaq li ostilita’ riġida minn tradizzjonalisti u rieda tajba distruttiva minn dawk favur bidla jkunu xi jkunu l-konsegwenzi għadna tiġi evitata.
//= $special ?>