Il-Papa Frangisku illum mexxa l-quddiesa li fiha kien beatifikat Papa Pawlu VI.
Papa Pawlu VI kien is-suċċessur tat-tant maħbub Ġwanni XXIII fl-1963 u li fl-aħħar xhur kien dikjarat qaddis . Hu mexxa il-Konċilju Vatikan it-Tieni matul il-pontifikat tiegħu ta’ 15-il sena u implimenta it-tibdil radikali li kien ħareġ minn dan il-konċilju.
Fost il-miljuni ta’ devoti li laqgħu bil-ferħ din il-beatifikazzjoni hemm il-poplu tal-Mosta li jħoss rabta speċjali ma’ dan il-Papa.
Fil-fatt kien propju digriet tal-Papa Pawlu VI li wassal biex fl-1975, ix-xbieha ta’ Marija Mtella’ s-Sema meqjuma fil-Knisja tar-Rotunda fil-Mosta, kienet inkurunata mill-Arċisqof ta’ Malta Mikiel Gonzi.
Bħala turija ta’ mħabba u apprezzament għal dan il-jum importanti, il-komunita’ Mostija qed tesibixxi statwa xbieha ta’ Papa Pawlu VI fil-Knisja tar-Rotunda.
//= $special ?>