Fl-okkażjoni tal-ġurnata missjunarja, l-Uffiċju Missjunarju kompla l-kampanja tiegħu “Agħtuhom Intom x’jieklu” b’numru ta’ attivitajiet.
Proprju l-Ħadd, fil-ġurnata missjunarja, kienet organizzata quddiesa, iċċelebrata min-Nunzju ta’ Malta Monsinjur Aldo Cavalli, quddies li rat is-sehem ta’ sorijiet Afrikani, ġejjin mill-pajjiżi fejn il-Maltin qed iwettqu xogħol tal-missjoni.
Il-quddies, li tqaddset bl-Ingliż biex isegwuha l-persuni kollha li attendew, minħabba li ġejjin minn pajjiżi differenti, rat ukoll is-sehem tal-kor MusicaLibera, li komplew isebbħu ċ-ċerimonja bil-kant tagħhom.
Iktar tard saret ukoll iċ-ċerimonja tipika tal-kafe, fuq stil Etjopjan, filwaqt li nbiegħu numru ta’ oġġetti magħmulin fil-pajjiżi tal-missjoni, bid-dħul kollu jmur għal ħidma missjunarja.
Fil-qofol ta’ dawn l-attivitajiet kien hemm ukoll id-diskussjoni.
Filfatt, proprju s-Sibt, lejlet il-ġurnata missjunarja, kien organizzat ukoll Forum, bl-isem “Il-ferħ tal-missjoni”, li ddiskuta diversi temi marbuta mal-missjoni.
Id-diskussjoni kompliet ukoll il-Ħadd, bis-sehem sabiħ ta’ numru ta’ persuni li rrakkuntaw l-esperjenza tagħhom f’pajjiżi fejn il-Maltin qed iwettqu ħidma missjunarja.
//= $special ?>