Internazzjonali

Tkompli t-tensjoni f’Hong Kong

F’Hong Kong kompliet t-tensjoni bejn dawk li qegħdin jipprotestaw favur id-demokrazija u l-pulizija b’battalja taħraq fid-distrett ta’ Mong Kok. Il-protesti li issa ilhom għaddejin numru ta’ ġimgħat huma b’rabta mad-deċiżjoni tal-gvern Ċiniż li jagħmel limitazzjonijiet fuq l-elezzjoni għal mexxej tal-Hong Kong li hija skedata għas-sena 2017.

Fil-protesti qegħda tispikka l-presenza qawwija ta’ studenti u rabja kbira lejn il-mexxej attwali Cy Leung li qiegħed jiġi mixli li tilef kull saħħa fil-konfront tal-gvern Kommunista Ċiniż.

Matul l-aħħar protesti kienu bosta dawk li sfaw feruti fuq iż-żewġ naħat. Minkejja dan kollu iżda t-Tlieta huwa skedat li jsiru numru ta’ laqgħat politiċi bejn il-mexxeja taż-żewġ naħat.