Ilbieraħ, il-Pulizija arrestat tlett irġiel b’konnessjoni ma’ sejbiet ta’ droga f’każijiet separati.
Wara nofsinhar, wara investigazzjoni mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ġie arrestat raġel ta’ 32 sena residenti Ħad-Dingli wara li nstab fil-pussess ta’ droga Kokaina, Ecstacy u Anfetamina. Id-droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li kienet ser tiġi ttraffikata.
L-investigazzjonijiet rigward dan il-każ għadhom għaddejjin u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Fi tffitxija oħra li saret mill-membri tar-Rapid Intervention Unit, fuq ġuvni ta’ 24 sena ġewwa Paceville, il-Pulizija sabet ammot ta’ droga Kokaina, Mephedron u Ecstasy. Għal darboħra, id-droga nstabet f’ċirkostanzi li juru li kienet lesta sabiex tiġi ttraffikata.
Il-ġuvni mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
U f’investigazzjoni separata li wkoll saret mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, il-Pulizija waslet għall-arrest ta’ raġel Sqalli li għandu 49 sena, residenti Portopalo. Ir-raġel qiegħed jiġi investigat dwar l-importazzjoni u traffikar ta’ madwar 4Kg ta’ ħaxixa tal-Kannabis.
Id-droga nstabet moħbija ġewwa l-vettura tiegħu ftit wara li wasal Malta minn Sqallija lbieraħ filgħaxija. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr C Galea LL.D kienet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassituha fl-investigazzjoni.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada.
//= $special ?>