Internazzjonali

Armi għall-ġellieda Kurdi

Ajruplani militari Amerikan xeħtu armi u munizzjon lill-ġellieda Kurdi tul il-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja, bil-għan li l-vilaġġ ta’ Kobane jkompli jiġi difiż bl-aqwa mezzi kontra t-theddida tal-Istat Iżlamiku.

L-armi ġew provduti mill-awtoritajiet Kurdi fl-Iraq.

Minkejja li l-intenzjoni tal-Amerikani hija waħda ċara – biex tiġi mwaqqfa l-offensiva tal-militanti Iżlamiċi – jirriżulta li dawn l-armi f’idejn il-Kurdi jistgħu minn naħa l-oħra “jirrabjaw” lill-Gvern Tork.