L-istilla ta’ Real Madrid Gareth Bale mhux se jkun jista’ jiġi nkluż għal-logħba li Real Madrid imisshom fiċ-Champions League kontra Liverpool f’Anfield. U din hija daqqa ta’ ħarta kbira għat-tim ta’ Ancelotti.
Iżda l-aħbarijiet għall-Madrileni huma saħansitra agħar. Sorsi qrib il-media Ingliża qed jirrappurtaw ukoll illi Bale, mhux biss se jitlef il-partitissima kontra Liverpool, iżda jista’ jkun ukoll li jitlef l-El Classico tas-Sibt kontra r-rivali eterni Barcelona.
Gareth Bale, li huwa l-aktar plejer li jiswa’ flus fid-dinja, weġġa’ fl-aħħar partita internazzjonali li kellu ma’ Wales. It-tobba f’Madrid għadhom qed isegwu l-progress li qed jagħmel wara t-trattament li ngħata.
//= $special ?>

