Qorti

Il-Qorti tgħid li l-flus inkwistjoni huma materja ċivili

Il-Qorti preseduta mill-Imħallef David Scicluna iddikjarat li l-kwistjoni tal-pleġġ imħallas minn ħu Mona Camilleri, Jason Galea, li jinsab mixli li qatel lil żewġha Mario Camilleri u lil binha, li wkoll jismu Mario, u raġel ieħor, huwa każ ċivili u ma jistax jiġi deċiż minn Qorti Kriminali.

Fil-kawża li għamlet, Mona Camilleri qed tgħid li t-€30,000, li Jason Galea iddepożita fil-Qorti biex jingħata l-ħelsien mill-arrest huma flus li jiġu minn negozju ta’ kumpanija tat-tindif, fejn hija kienet ukoll sħab f’din il-kumpanija. Mona Camilleri qed titlob lill-Qorti nofs il-flus, li skont hi, huma tagħha, hija qed titlob li dawn jintraddu lura lilha.

Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li dan huwa każ ċivili u mhux kriminali u għalhekk mhuwa mhuwiex il-forum propja bie jilqa’ t-talba tagħha. Jason Galea qed jiġi mixli bil-qtil ta’ Mario Camilleri, l-Imnieħru, and ibnu ta’ 21 sena, wkoll Mario, fis-17 ta’ Lulju tas-sena l-oħra, kif ukoll lis-sewwieq tat-taxi Matthew Zahra, sena qabel.

It-tliet kadavri kienu nstabu midfuna f’għalqa fil-Qajjenza, Birżebbuġia. Jason Galea ħallas €30,000 fi flus kontanti b’rabta mal-każ ta’ Mario Camilleri u ibnu u għamel tajjeb fuq it-€30,000 l-oħra fuq il-propjeta’ tal-kumpanija.