Lokali Parlament

Illejla dibattitu dwar il-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni fuq il-Power Station il-ġdida

Il-Parlament illum se jkun qed jiddibatti l-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex ikunu diskussi l-aħħar żviluppi dwar il-wegħda tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jibni Power Station ġdida sa Marzu li ġej.

B’rabta ma’ din il-Mozzjoni, il-Gvern oppona bil-qawwa kollha biex l-istazzjonijiet tat-televiżjoni jxandru dirett id-dibattitu tal-lejla fil-Parlament, li se jkun qed isir fuq inizjattiva tal-Oppożizzjoni.

Kienet Media.Link Communications li ressqet talba formali biex tkun tista’ xxandar id-dibattitu tal-lum fuq NET Television, bl-Oppożizzjoni talbet ukoll li d-dibattitu jixxandar sħiħ u tingħata l-opportunità lil stazzjonijiet ohrajn li jkunu jridu jxandru wkoll dan id-dibattitu.

Madankollu, il-Gvern oppona bil-qawwa.