Lokali Qorti

Imut il-Maġistrat irtirat Joseph Apap Bologna

Il-Maġistrat irtirat Joseph Apap Bologna miet tard ilbieraħ filgħaxija fir-residenza tegħu fil-Mosta. Jidher li l-kawża tal-mewt tiegħu hi waħda naturali. Hu miet fl-età ta’ 66 sena.

Apap Bologna kien appuntat Maġistrat f’Diċembru 1988 u rtira fl-2013. Xahar ilu ġie maħtur membru tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni. Kien ukoll iċ-Chairman tat-Tribunal għas-Saħħa Mentali.

Il-Maġistrat Apap Bologna kien miżżewweġ lil Mariella u kellhom żewġt itfal.

Kemm il-Gvern u anke l-Oppożizzjoni, fi stqarrija, sellmu l-memorja tal-Maġistrat Apap Bologna. Filwaqt li l-Gvern faħħar il-ħidma onesta ta’ Apap Bologna fil-Ġudikatura, l-Oppożizzjoni qalet li l-Maġistrat irtirat se jibqa’ mfakkar għal-lealtà lejn il-pajjiż u anke għar-rispett li kellu minn kulħadd.