Lokali

In-Nazzjon jiżvela kif iċ-Chairman tal-BOV qed jiddeċiedi waħdu minn wara dahar il-Kap Eżekuttiv

Is-sistema ta’ good governance fit-tmexxija tal-Bank of Valletta, b’distinzjoni ċara bejn il-funzjoni taċ-Chairman u tal-Kap Eżekuttiv, tkissret għal kollox u llum hu ċ-Chairman li jiddeċiedi, ħafna drabi minn wara dahar il-Kap Eżekuttiv.

L-indħil taċ-Chairman qed iwassal ukoll biex jiġu aġevolati nies qrib tiegħu, li huma magħrufa sew għall-kulur politiku tagħhom. Il-mod li bih iċ-Chairman għandu kontroll assolut, kif ukoll il-manuvri kollha fil-BOV ġew żvelati illum fil-ġurnal In-Nazzjon b’rapport dettaljat bl-aħħar żviluppi.

Segwi aktar fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal In-Nazzjon.