Fi stqarrija l-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista wieġeb għal dak li qal Evarist Bartolo fis-seduta Parlamentari tal-lejla.
Evarist Bartolo allega illi f’perjodu tas-sena 2011, meta Lawrence Gonzi kien għadu jokkupa l-kariga tal-Prim Ministru, huwa ġie fil-pussess ta’ xi dokumenti li kellhom x’jaqsmu mal-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. Bartolo qal li Gonzi għadda dawn id-dokumenti lil xi ħadd mis-servizzi ta’ sigurta ta’ pajjiżna.
Lawrence Gonzi qiegħed jiddikjara bl-aktar mod kategoriku li din l-allegazzjoni hi falza u li mhux veru li huwa għadda, jew ta lil xi ħadd l- instruzzjonijiet tiegħu biex jgħaddu xi dokumenti ta’ dan it-tip lis-servizzi ta’ sigurta ta’ pajjiżna.
//= $special ?>