Lokali Parlament

Marlene Farrugia tgħid li l-poplu jistenna tweġibiet mill-Gvern.

Id-Deputata tal-Gvern Marlene Farrugia qalet fil-Parlament illejla, li l-poplu jistenna li jkollu tweġiba għal mistoqsijiet dwar x’se jsir mill-proġett issa li nbidel iż-żmien marbut mat-tlestija tal-proġett tal-power station ġdida li mhix se titlesta sa Marzu li ġej.

Id-Deputata Laburista qalet li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni li jraħħas it-tariffi tad-dawl u jibni power station ġdida fi żmien stipulat. Filwaqt issa nbidel iż-żmien stabbilit, il-poplu jistenna li l-poplu jkollu tweġiba għal mistoqsijiet dwar x’se jsir mill-proġett.

Talbet informazzjoni mingħand il-Ministru Konrad Mizzi dwar ftehim li ġew iffirmati, x’implikazzjonijiet għandu dan il-proġett u meta se jitwettaq, kif ukoll x’se jiġri wara t-terminu ta’ ħames snin li bih hu marbut il-ftehim. Hija talbet lill-Gvern biex ikun trasparenti.