Hekk kif illejla, il-Parlament se jkun qed jiddibatti l-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex ikunu diskussi l-aħħar żviluppi dwar il-wegħda tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jibni Power Station ġdida sa Marzu li ġej, dalgħodu l-Prim Ministru qal li hu mhux se jkun qed jirriżenja. Fi tweġiba għal mistoqsija tal-ġurnalisti, Muscat qal li hu qatt ma’ wiegħed li se jirriżenja jekk il-Power Station ma tkunx lesta sa Marzu li ġej.
Dan jikkuntrasta ma’ dak li qal Muscat stess fil-programm Dissett f’Marzu li għadda (filmat taħt), jiġifieri sena wara l-elezzjoni ġenerali. Sa mill-mument li kien ikkonfermat mill-Gvern li l-bini tal-Power Station mhux se jitlesta, f’Kastilja qam paniku, bid-diversi mistoqsijiet li qed jagħmlu l-ġurnalisti qed jibqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>
