Il-partita ta’ Manchester United barra minn darhom kontra West Bromich Albion tista’ titqies bħala kruċjali għal Louis Van Gaal biex it-tim tiegħu jibda jirkupra mill-bidu xejn tajjeb li kellhom dan l-istaġun. Tliet punti jkunu jfissru li r-Red Devils, li t-Tnejn se jkunu mingħajr Rooney li għadu sospiż, b’rebħa jitilgħu fir-raba’ post tal-Premiership.
F’kummenti li għadda qabel din il-partita, Van Gaal sostna li issa huwa l-mument li kull plejer, inkluż dawk stabbiliti, jissieltu għal posthom fit-tim. Fid-dawl ta’ dan, il-kowċ tal-United kellu kliem ta’ tifħir għaż-żagħżugħ Paddy McNair li ddebbuta dan l-istaġun mal-kbar. “Dan il-klabb mhux klabb tal-ismijiet. Trid taħdem biex tikseb postok, bħal ma għamel mcNair fl-aħħar logħba”, sostna Van Gaal.
Wara West Brom, Manchester United imisshom żewġ konfronti delikati kontra Chelsea u Manchester City.
//= $special ?>

