Lokali Parlament

Pjani mill-Gvern biex jiddevja l-attenzjoni mid-dibattitu tal-lejla

Għall-ħabta tas-6.30pm, il-Parlament se jkun qed jiddibatti l-Mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex ikunu diskussi l-aħħar żviluppi dwar il-wegħda tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jibni Power Station ġdida sa Marzu li ġej.

Madankollu, ftit sigħat qabel jibda d-dibattitu Parlamentari daqstant importanti dwar il-qasam tal-enerġija f’pajjiżna, Uffiċjali tal-Gvern f’Kastilja qed jagħmlu minn kollox biex jiddevjaw l-attenzjoni minn fuq dan id-dibattitu. Sorsi li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li fl-aħħar ħinijiet Uffiċjali tal-Gvern dehru deħlin f’Kastilja biex jaraw kif se jdawwru l-attenzjoni mill-Parlament għal fuq xi suġġett ieħor.

Mhux ċar x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern, iżda s-sorsi f’Kastilja li tkellmu magħna qalu li l-Gvern jista’ jkun li jipprova jħabbar xi affarijiet mhux marbutin mal-enerġija ftit tal-minuti qabel tibda s-seduta tal-lejla.