Lokali Parlament

Talba għal Beppe Fenech Adami fil-bidu tas-seduta tal-Parlament

Il-Parlament bagħat messaġġ ta’ fejqan lil Beppe Fenech Adami, il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma tal-Partit, fil-bidu tas-seduta tal-lejla.

Fil-bidu tas-seduta, it-talba li ssir f’kull bidu tas-seduta, saret illejla għall-bżonnijiet ta’ Beppe Fenech Adami li aktar kmieni lllum għamel intervent kirurgu delikat ħafna fi sptar fl-Ingilterra, fil-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer.

 
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari informa lill-Kamra li f’kuntatt li sar mal-familjari ta’ Beppe Fenech Adami, il-kundizzjoni tiegħu hi stabbli, filwaqt li awgura fejqan ta’ malajr lil Beppe Fenech Adami.

 
L-Ispeaker u l-Whip tan-naħa tal-Gvern ingħaqdu fit-talba li saret fil-bidu tas-seduta kif ukoll fil-messaġġ għal fejqan ta’ malajr.