Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Marsaskala miet dan il-lejl f’dak li jidher li kien każ ta’ overdose ta’ droga.
Ambulanza kienet imsejħa f’residenza fil-Ħamrun tard il-Ħadd bil-lejl. Minn hawn, iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza, iżda miet fl-isptar stess aktar tard.
Dalgħodu se jsiru t-testijiet tossikoloġiċi fuq il-kadavru.
//= $special ?>