Lokali Parlament

107 pazjent f’Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti

107 pazjent f’Mater Dei jistennew li jkunu trasferiti

Huma 107 pazjenti long term fl-Isptar Mater Dei li qed jistennew li jkunu trasferiti għal faċilità oħra.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, li naqas li jagħti l- informazzjoni mitluba mid-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech, Kelliem dwar is-Saħħa, dwar x’età għandhom dawn il-pazjenti u kemm ilhom jistennew biex jiġu trasferiti.

Il-Ministru Mizzi qal ukoll, għal mistoqsija oħra ta’ Claudio Grech, li l-pazjenti long term li ġew trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal xi faċilità oħra fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kien jammonta għal 288.