Lokali Parlament

1,662 bla dawl għax ma ħallsux il-kont

Il-Gvern mill-elezzjoni ‘l hawn, qata’ s-servizz tal-elettriku lil 1,662 konsumatur minħabba li ma tħallsux kontijiet tad-dawl.

Dan irriżulta fi tweġiba li ta fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija, Konrad Mizzi.

L-informazzjoni ngħatat għal mistoqsija li għamel id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-bidu ta’ Ġunju li għadda, meta staqsa lill-Ministru Mizzi jwieġeb mistoqsija parlamentari li kien għamel u ma ntweġbitx, u jgħid kemm kienu l-konsumaturi li nqatalgħhom il-provvista tal-elettriku minn Marzu ‘l hawn minħabba kontijiet mhux imħallsa.