Lokali Parlament

87 ġurnata out of stock

 

Il-Fluid & Food Thickiner fir-Residenza San Vinċenz de Paul, dam nieqes u out of stock, 87 ġurnata.

Din is-sustanza tintuża biex jiżdied il-viżkożità tal-likwidu mingħajr ma tbiddel it-togħma b’mod sostanzjali. Fost l-anzjani din is-sustanza tintuża biex il-persuni indikati jkunu jistgħu jieklu sustanzi likwidi b’inqas diffikultà.

Il-Ministru Michael Farrugia, responsabbli mit-tmexxija ta’ San Vincenz de Paul, ikkonferma dan fil-Parlament, fi tweġiba li ta għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli li talab lill-Ministru jgħid kemm il-ġurnata dam out of stock il-Fluid & Food Thickiner fir-residenza.

Il-Ministru Farrugia qal li n-nuqqas twil mingħajr din is-sustanza seħħet minħabba li l-prodott kien nieqes mis-Central Prokurement and Supplies Unit. Fisser li meta l-amministrazzjoni tar-residenza kienet infurmata b’dan in-nuqqas, intalbet l-awtorizzazzjoni biex jinxtara ammont adekwat ta’ din is-sustanza.