Grupp prinċipali dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu evidenza b’saħħitha li l-Ukrajna attakkat zoni popolati f’Donetsk permezz tal-cluster bombs, li huma kkundannati minn ħafna stati oħrajn.
Human Rights Watch (HRW) qed takkuża lill-armata Ukrena li użat dawn l-armi, li jferrxu bombi żgħar, fl-offensivi tagħha kontra s-separatisti f’din il-belt li tinsab fil-Lvant tal-pajjiż.
Ma kien hemm ebda kumment mill-Ukrajna, li ma ffirmatx it-trattat dinji fl-2008 biex ma tagħmilx użu minn dawn l-armi qerrieda.
Sadattant, taħditiet ġodda mistennija jsiru dwar it-tilwima li għandha l-Ukrajna mar-Russja fuq il-gass.
Uffiċjali se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-iskeda tad-djun u l-ħlasijiet tal-Ukrajna f’dak li għandu x’jaqsam mal-gass fost tamiet li r-Russja tissupplixxi mill-ġdid il-gass qabel ma tibda x-xitwa.
//= $special ?>

