Raġel ta’ 30 sena minn Raħal Ġdid, li s-sengħa tiegħu hija dik ta’ mekkanik iżda huwa żefffien u li filgħaxija jagħti l-lezzjonijiet ġie mixli quddiem il-Maġistrat Giovanni Grixti li f’perjodu ta’ xahar kien jipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ waħda mill-istudenti tiegħu.
Warren Muscat wieġeb mhux ħati li bejn Mejju u Ġunju li għadda b’egħmil żieni kkorrompa tifla ta’ 13-il sena, liema reat huwa ta’ natura aktar serja minħabba li l-istess tifla kienet fdata lilu sabiex jieħu ħsiebha, jgħallimha u jindukra.
Muscat, li ġie mixli wkoll li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur tat-tifla, nżamm taħt arrest preventiv. L-Ispettur Silvana Briffa li flimkien mal-Ispettur Josric Mifsud ressqet lill-Muscat qalet li fuq il-mobile tal-akkużat instabu diversi messaġġi lil u minn studenti tiegħu taħt l-eta’.
//= $special ?>
