Malta u erba’ pajjiżi oħra fiż-Żona Ewro qed jirriskjaw li il-budgets li jmiss li huma jressqu l-approvazzjoni tal-Kummisjoni Ewropea jigu rifjutati.
Dan johrog minn rapport li deher fuq il-Finacial Times li jsostni li fost l-iktar pajjiżi friskju ta’ dan hemm Franza u l-Italja. Skond il-Financial Times il-budget tal-Italja se jigi rrifjutat totalment u immedjatament.
Skond il-Finacial Times minbarra dawn il-pajjiżi ewlenin qed jirriskjaw wkoll l-Awstrija, is-Slovenja u Malta.
Il-Finacial Times tkompli tgħid li l-Erbgħa l-Kummisjoni mistennija tinforma lil dawn il-pajjżi li i-pjani tagħhom għall-budget li jmiss huma f’riskju li jiksru ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>