Internazzjonali Kummerċ

Il-Kap tal-kumpanija Total imut f’inċident bl-ajruplan

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Franċiża Total tilef ħajtu f’inċident li seħħ fl-ajruport ta’ Moska. Christophe de Margerie, li għandu 63 sena, kien abbord jet privat li ħabat fuq il-mitjar ma’ vettura li tnaddaf il-borra.

Fl-istess inċident mietu wkoll it-tliet membri tal-ekwipaġġ. Qed jingħad li l-persuna li kien qed imexxi l-vettura li tnaddaf il-borra kienet taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Il-President Russu Vladimir Putin esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-familja ta’ Christophe de Margerie.

Wara din it-traġedja, diġa’ bdiet il-“ġirja” ta’ min jista’ jkun suċċessur fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv fil-kumpanija Total.