Ewropa Internazzjonali

Kummissjoni Ewropea: l-Erbgħa l-vot deċiżiv fi Strasburgu

It-Tnejn filgħaxija spikkat atmosfera ta’ kważi ‘ċelebrazzjoni’ fi Strasburgu wara li l-Ewroparlamentari li pparteċipaw fil-grilling tal-Islovena Violeta Bulc (ritratt) esprimew sodisfazzjon għar-risposti li hi tat. U b’hekk għadda wkoll l-aħħar ostaklu li kellu Juncker għat-tim li se jkun qed jippreżenta għall-vot nhar l-Erbgħa f’nofsinhar.

Bulc ġiet nominata mill-Gvern Sloven f’nofs dan ix-xahar wara li Alenka Bratusek marret ħażin ħafna fis-smigħ li kellha quddiem l-MEPs.

Issa għallinqas kollox qed jindika li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ta’ Jean Claude Juncker mistennija tiġi approvata l-Erbgħa, biex imbgħad tibda bil-ħidma mill-1 ta’ Novembru.

Il-Kummissarju nominat minn Malta hu Karmenu Vella, li se jkollu r-responsabbilta’ tal-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi.