Aktar kmieni dalgħodu tfajla ta’ 19-il sena li kienet qed issuq Ford Fiesta fit-telgħa tas-Saqajja ma sofrietx ġrieħi meta sewwieq li kien ġej min-naħa l-oħra tat-triq b’Toyota Hilux spiċċa man-naħa l-oħra tat-triq u baqa’ dieħel head on fil-vettura l-oħra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart ta’ filghodu meta triq kienet imxarrba minħabba ħalba xita. Bl-impatt iż-żewġ vetturi sofrew ġsarat estensivi bil-Ford tispiċċa barra mit-triq tistrih ma’ siġra.
It-tfajla kienet għaddejja bil-lezzjoni tal-karozza flimkien mal-learner u kienet fi stat ta’ xokk għalkemm irrifjutat kura medika malli waslet l-ambulanza. Hi qalet lill-Pulizija li f’daqqa waħda rat il-vettura l-oħra ġejja għal fuqhom. Titriegħed bil-qatgħa li sofriet, hi nstemgħet tgħid lill-Pulizija li kienu l-airbags li salvawha.
L-inċident ikkawża konġestjoni tat-traffiku, b’numru ta’ karozzi tal-linja li ma setgħux jgħaddu. Dan sakemm fuq il-post waslu l-pulizija tat-traffiku li għalqu t-telgħa tas-Saqqajja miż-żewġ naħat għal xi ħin. Kien hemm bżonn wkoll li titnaddaf it-triq mit-tifrik u ż-żejt li nxtered.
//= $special ?>

