Wara d-dibattitu jaħraq tal-bierah fil-Parlament, il-Ministru Konrad Mizzi ma ta l-ebda pjan konkret għal meta se tkun lesta l-power station il-ġdida. Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni ġie eventwalment emendata mill-istess Ministru, b’din l-emenda tgħaddi b’35 vot favur u 29 kontra.
U wara d-dibattitu fuq Facebook tkellmet id-deputat laburista Marlene Farrugia illi qalet li ċ-ċittadini jixirqilhom jigu trattati b’aktar dinjita’, u qed tittama li l-Gvern ma jibqax ikaxkar saqajh biex għallinqas – sakemm nistennew il-power station il-ġdida – jaqleb l-impjant tal-BWSC għall-gass, kif kien imwiegħed fil-kampanja elettorali.
Kummenti oħra waslu mic-chairperson tal-AD Arnold Cassola illi saħaq li Konrad Mizzi ilbieraħ ma wieġeb l-ebda domanda mis-serje ta’ mistoqsijiet li poġġiet waqt id-dibattitu d-deputat Marlene Farrugia.
//= $special ?>