AĠĠORNATA (2)
L-atleta Oscar Pistorius ingħata sentenza ta’ 5 snin priġunerija mill-Qorti fl-Afrika t’Isfel wara l-isparatura tas-sena l-ohra li fiha tilfet ħajjitha t-tfajla tiegħu Reeva Steenkamp. Għalkemm jidher li l-maġġoranza ta’ dan il-perijodu se jkun qed iqattgħu arrestat f’daru stess.
Pistorius kien preżenti fl-awla għal din is-sentenza wara xhur sħaħ ta’ kontroversja fuq dan il-każ, u ġuri mimli tensjoni li dam għaddej għal ġimgħat twal fi Pretoria. L-atleta Olimpiku u Paralimpiku instab ħati ta’ delitt mhux premeditat, iżda kien instab mhux ħati fuq l-akkuża ta’ omiċidju.
Is-sentenza ingħatat għall-ħabta tal-10:35am mill-Imħallef Thokozile Masipa. Kien għall-ħabta ta’ nofsinhar meta Pistorius ġie trasportat mill-bini tal-Qorti lejn il-ħabs, fejn issa mistenni jqatta’ madwar 10 xhur.
//= $special ?>