Lokali

Raġel l-isptar wara daqqiet ta’ sikkina

Raġel ta’ 33 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejla f’residenza fi Triq l_inkurunazzjoni f’Bormla.

Allegament inqala’ argument bejn il-vittma u raġel ta’ 50 sena. Il-vitma qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta maġisterjali.